Il-fuljett
IT-TRIQ
IT-TRIQ huwa l-isem tal-fuljett
li Prayer Group bl-istess isem
joħroġ kull xahar.
BIEX ISSIB
L-AĦĦAR ĦARĠA TAL-FULJETT
KIF UKOLL
IL-ĦARĠIET TAL-IMGĦODDI
FTIT TAGĦRIF
DWAR DAN IL-FULJETT
Ġie ppublikat l-ewwel darba fi Frar 1980 meta tqassmu 60 kopja ta’ din l-ewwel ħarġa.
Maħruġ minn grupp ta’ talb fost il-ħaddiema u oħrajn irtirati. Il-grupp jissejjaħ Prayer Group it-Triq. L-iskop tal-fuljett hu biex ikun vuċi għall-grupp, fejn titwassal il-kelma t’Alla u anke aħbarijiet dwar l-attivitajiet li jiġu organiżżati mill-istess grupp.
Bil-mod il-mod il-fuljett beda jitqasssam ma’ aktar sezzjonijiet u dipartimenti tal-Gvern. Il-ħidma biex jiġi ppubblikat dan il-fuljett saret dejjem fil-ħin liberu tal-membri u nies oħra li jgħinu lill-grupp. Bosta mix-xogħol fuq il-fuljett kien isir bl-idejn biex l-ispiża tinżamm baxxa kemm jista’ jkun. Kien hemm żmien li ċ-ċirkolazzjoni tal-fuljett laħqet l-1,600 kopja. Imma matul iż-żmien bl-introduzzjoni ta’ mezzi teknoloġiċi ġodda, bdiet issir enfasi biex il-qarrejja jiċievu l-verżjoni elettronika tal-fuljett minflok dik stampata. Il-ħsieb wara din l-istrateġija kien għall-ġid ambejtali u anke dak finanzjarju.
L-ewwel faċċata tal-ewwel ħarġa tal-fuljett IT-TRIQ
Illum jitqassmu ’l fuq minn 1,000 kopja tal-fuljett kull xahar bil-posta u bl-idejn, kif ukoll jintbagħtu ’l fuq minn 350 email kull xahar bil-fuljett mehmuż. Ma dawn irridu nsemmu numru ta’ nies li informaw lill-grupp li m’għadux neċessarju li jirċievu l-verżoni stampata jew dik elettronika tal-fuljett għax jaqraw kull ħarġa mis-sit elettroniku.
It-tema ġenerali hija waħda reliġjuża.
L-iskop hu li niftħu qlubna għal Kristu għax miegħu l-ferħ possibbli.
L-abbonament huwa b’xejn. Kull kontribuzzjoni volontarja hi ferm apprezzata. Jekk tixtieq tagħmel donazzjoni ara d-dettalji aktar ‘l isfel.
TRID TIBDA TIRĊIEVI
L-FULJETT IT-TRIQ B’XEJN
KULL XAĦAR?
Iktbilna email bid-dettalji tiegħek fuq: triq.kuntatt@gmail.com
Tista’ wkoll iċċemplilna fuq:
21431464, 7943 1464 jew 7953 7649
Għidilna jekk tkunx tixtieq tirċevi l-fuljett bħala pdf file permezz ta’ email jew kopja stampata permezz tal-posta.
DONAZZJONIJIET: |
BANK TRANSFER: Offerti jistgħu isiru dirett fil-kont bankarju tal-grupp bl-IBAN: MT65APSB 7705 7001 1500 1115 0030 016 Jekk jogħġbok, ikun apprezzat li wieħed jinfurmana li għamel donazzjoni permezz ta’ e-mail, jew ta’ nota bil-posta, sabiex il-grupp ikun jista’ jibgħatlek irċevuta.. CHEQUES: Jistgħu jintbagħtu offerti permezz ta’ cheques bankarji, pagabbli: Prayer Group IT-TRIQ Infakkru li skont direttiva tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Nru.19 tal-2021 cheques bil-valur ta’ €20 jew anqas ma jkunux jistgħu jissarfu. |
Kull korrespondenza relatata mal-fuljett kif ukoll donazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati:
Prayer Group IT-TRIQ
c/o 5, Triq l-Imsiebaħ, St Margherita Heights,
Mosta – MST 2624