FULJETT TA' KULL XAHAR MAĦRUĠ MILL-GRUPP TA' TALB, "IT-TRIQ"
Ġie ppublikat l-ewwel darba fi Frar 1980 meta tqassmu 60 kopja ta' din l-ewwel ħarġa.
Maħruġ minn grupp ta’ talb fost il-ħaddiema u oħrajn irtirati. Il-grupp jissejjaħ Prayer Group it-Triq.
Illum jitqassmu ’l fuq minn 1300 kopja tal-fuljett kull xahar bil-posta u bl-idejn, kif ukoll jintbagħtu ’l fuq minn 300 email kull xahar bil-fuljett mehmuż.
It-tema hija reliġjuża.
L-iskop: Niftħu qlubna għal Kristu għax miegħu l-ferħ possibbli.
L-abbonament huwa b’xejn. Kull kontribuzzjoni volontarja hi ferm apprezzata. (Min jixtieq jibgħat ċekk b'donazzjoni għandu jindirizzah Prayer Group It-Triq. Infakkru li skont direttiva tal-Bank Ċentrali ta' Malta Nru.19 tal-2021 ċekkijiet bil-valur ta' €20 jew anqas ma jkunux jistgħu jissarfu.)
.

BIEX TIBDA TIRĊIEVI L-FULJETT IT-TRIQ KULL XAHAR ...
Iktbilna email bid-dettalji tiegħek fuq ... triq.kuntatt@gmail.com
u għidilna jekk tkunx tixtiequ permezz ta' email jew inkella bil-posta.
Tista' wkoll iċċemplilna fuq ... Telefon: 21431464 jew Mobile: 79431464 / 79537649
IL-ĦARĠIET TAL-FULJETT TAL-IMGĦODDI